It-traskrizzjoni hija l-konverżjoni ta’ fajl awdjo u/jew vidjo f’test bil-miktub ta’ kwalità tajba. Dan isir permezz ta’ teknoloġiji ta’ trasferiment tat-taħdit f’kitba u l-output mhux ipproċessat imbagħad jiġi post-editjat minn wieħed mil-lingwisti taċ-Ċentru. L-output bil-miktub finali jista’ jinkludi kodiċijiet tal-ħin u identifikazzjoni tal-kelliem jekk meħtieġ.