Regolament ta’ Twaqqif
Ir-Regolament li jistabbilixxi ċ-Ċentru ġie adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Novembru tal-1994 u ġie rivedut f’żewġ okkażjonijiet: l-ewwel, fl-1995, sabiex jestendi l-attivitajiet taċ-Ċentru għal dawk l-istituzzjonijiet u korpi li għandhom servizz tat-traduzzjoni u sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tat-traduzzjoni; u, t-tieni, fl-2003, sabiex jagħmel ċertu dispożizzjonijiet konformi mar-Regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.