Is-sottotitolar huwa r-rappreżentazzjoni testwali tal-lingwa mitkellma f’vidjo b’mod li tippermetti r-rendiment tat-test fuq l-iskrin. Is-servizz jista’ jinkludi “spotting”, jiġifieri s-sinkronizzazzjoni tas-sottotitoli u l-vidjo. Is-sottotitoli jistgħu jiġu pprovduti biss fil-lingwa sors tal-vidjo, jew b’lingwa waħda jew b’bosta lingwi oħrajn, u jitwasslu flimkien mal-kodiċijiet tal-ħin li jindikaw il-ħin eżatt li fih għandu jintwera sottotitolu u kemm idum jidher fuq l-iskrin.