Ir-reviżjoni hija l-eżaminazzjoni ta’ traduzzjoni biex jiġi ċċekjat li hija xierqa għall-iskop miftiehem permezz ta’ paragun bejn it-test sors u t-test fil-mira u billi jsiru korrezzjonijiet, fejn ikun meħtieġ. Iċ-Ċentru joffri reviżjoni ta’ dokumenti tradotti. Jekk, madankollu, matul ir-reviżjoni, it-traduttur jikkunsidra li t-traduzzjoni li se tiġi riveduta għandha bżonn riformulazzjoni sostanzjali, iċ-Ċentru jista’ jiċħad ir-reviżjoni u jirrakkomanda li l-klijent jippreżenta talba għal traduzzjoni minflok.