Il-listi ta’ riżerva huma gruppi ta’ applikanti li għaddew minn proċedura ta’ selezzjoni u li ntgħażlu bħala kandidati potenzjali għal impjieg.
Jekk tinqala’ l-ħtieġa, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE se jikkuntattja lill-kandidati li jinsabu fuq il-lista ta’ riżerva.
Il-lista ta’ riżerva tista’ tiġi kondiviża wkoll ma’ aġenziji oħrajn tal-UE, jekk il-ħtiġijiet tas-servizz ikunu jirrikjedu dan.
Il-kandidati għandhom jinnotaw li l-inklużjoni fuq il-lista ta’ riżerva ma tiggarantixxix ir-reklutaġġ.
Biex issir taf il-validità ta’ lista ta’ riżerva, segwi din il-link.
Għal aktar informazzjoni dwar il-listi ta’ riżerva tas-CdT u l-valabbiltà tagħhom, tista’ tikkuntattjana permezz tal-email: E-Selection@cdt.europa.eu