30 SENA DDEDIKATI GĦALL-MULTILINGWIŻMU
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Stabbilit fil-Lussemburgu fl-1994, il-missjoni ewlenija tiegħu hija li jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni u dawk lingwistiċi lill-aġenziji deċentralizzati l-oħra tal-UE. Kultant jassisti wkoll lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li għandhom is-servizzi ta’ traduzzjoni tagħhom stess matul perjodi ta’ volumi kbar ta’ xogħol jew għal proġetti speċifiċi. Bħalissa għandu madwar 200 membru tal-persunal, inklużi uffiċjali, aġenti temporanji u persunal kuntrattwali. Sa mill-bidu tiegħu kiber b’mod kostanti, id f’id ma’ numru dejjem jikber ta’ lingwi uffiċjali tal-UE u ta’ klijenti ferm speċjalizzati. Iċ-Ċentru kiseb esperjenza konsiderevoli fl-issodisfar tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-klijenti tiegħu, kemm jekk dawn ikunu relatati mat-tip ta’ servizz, il-format tal-fajl, l-iskadenza, il-qasam ta’ kompetenza jew firxa wiesgħa ta’ kombinazzjonijiet lingwistiċi. Illum, iċ-Ċentru jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi lingwistiċi, u jissodisfa l-ħtiġijiet diversi tas-sħab numerużi tiegħu. Ara l-lista sħiħa tas-sħab tagħna It-tieni missjoni taċ-Ċentru hija li jipparteċipa fil-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-livell tal-UE bil-ħsieb li jiġu razzjonalizzati l-metodi ta’ ħidma u jinkisbu ekonomiji ta’ skala. Pereżempju, sa mill-2003, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni żviluppa u ġġestixxa wkoll il-bażi tad-data terminoloġika interistituzzjonali IATE f’isem is-sħab istituzzjonali tiegħu. |
|
1994
|
|
Image
Fit-28 ta’ Novembru 1994, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta r-Regolament (KE) Nru 2965/94 li jistabbilixxi ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni. |
|
1995
|
|
L-ewwel President tal-Bord ta’ Tmexxija
Edouard Brackeniers
Ottubru 1995 – Diċembru 1996
Fl-1995 ġie adottat Regolament Emendatorju sabiex jiġi estiż il-portafoll tal-klijenti u ċ-Ċentru jingħata rwol fil-kooperazzjoni interistituzzjonali
|
L-ewwel Direttur taċ-Ċentru
Francisco De Vicente
Ottubru 1995 – Jannar 2005
11-il 20 000 7 |
1997
|
|
It-tieni President tal-Bord ta’ Tmexxija
Colette Flesch
Jannar 1997 – Ġunju 1999
|
Iċ-Ċentru jitlaq mill-uffiċini tiegħu fiċ-ċentru tal-belt tal-Lussemburgu u jimxi għal Nouvel Hémicycle f’Kirchberg (LU), fejn jinsabu l-maġġor parti tal-istituzzjonijiet tal-UE.
|
1998
|
|
200 000 12-il |
|
1999
|
|
It-tielet President tal-Bord ta’ Tmexxija
Brian McCluskey
Lulju 1999 – Ġunju 2002
|
|
2001
|
|
Tidħol fl-operat Flosys, għodda tal-IT innovattiva żviluppata internament li tiġġestixxi l-fluss tax-xogħol tat-traduzzjoni kollu minn meta klijent jibgħat dokument liċ-Ċentru sal-konsenja tal-verżjoni(jiet) tradotta/i.
Iċ-Ċentru jniedi Nemo sabiex jiġġestixxi l-proċess tat-traduzzjoni tat-trademark Komunitarja.
|
|
2002
|
|
Ir-raba’ President tal-Bord ta’ Tmexxija
Michel Vanden Abeele
Lulju 2002 – Ġunju 2003
|
1 000 000 |
2003
|
|
Il-Fondazzjoni Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kwalità (EFQM) tirrikonoxxi li ċ-Ċentru huwa “impenjat għall-Eċċellenza fl-Ewropa”.
Iċ-Ċentru jinħatar bħala l-inizjatur tal-proġetti u l-maniġer tal-proġetti għall-IATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa), il-bażi tad-data terminoloġika konġunta għall-istituzzjonijiet/korpi kollha tal-Unjoni Ewropea.
|
|
2004
|
|
Il-ħames President tal-Bord ta’ Tmexxija
Karl-Johan (Juhani) Lönnroth
Jannar 2004 – April 2010
|
20 |
Il-“Big Bang” ta’ tkabbir tal-UE fl-2004, li kważi tirdoppja n-numru ta’ lingwi tal-UE minn 11 għal 20, timmarka l-bidu ta’ era ġdida għaċ-Ċentru.
|
|
2005
|
|
Għall-għaxar anniversarju tiegħu, iċ-Ċentru jorganizza l-konferenza bl-isem ta’ “Multilingualism at any price” (Il-Multilingwiżmu akkost ta’ kollox).
|
Aġent Direttur
Marie-Anne Fernández Suárez
Jannar 2005 – April 2006
|
2006
|
|
It-tieni Direttur taċ-Ċentru
Gailė Dagilienė
Mejju 2006 - Ottubru 2013
|
|
2007
|
|
Iċ-Ċentru jżid bosta lingwi uffiċjali oħra tal-UE mal-portafoll tiegħu hekk kif il-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu fl-UE u l-Irlandiż isir lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għalkemm b’deroga fis-seħħ.
Il-bażi tad-data terminoloġika interistituzzjonali tal-UE, il-IATE, issir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.
Żjara minn Leonard Orban, il-Kummissarju Ewropew għall-Multilingwiżmu.
|
23 |
2010
|
|
Iċ-Ċentru jorganizza konferenza bl-isem ta’ “The Language of Europe. Translating for the EU” (Il-Lingwa tal-Ewropa. Nittraduċu għall-UE) biex jikkomemora l-15-il anniversarju tiegħu.
Iċ-Ċentru jissostitwixxi Nemo bi Tr@Mark workflow sabiex jiġġestixxi l-proċess tat-traduzzjoni tat-trademark Komunitarja.
|
|
2011
|
|
Iċ-Ċentru jniedi l-ECHA-term, bażi tad-data terminoloġika multilingwi online żviluppata għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.
|
Is-sitt President tal-Bord ta’ Tmexxija
Rytis Martikonis
Frar 2011 – Frar 2022
|
2013
|
|
8 000 000 24 |
Aġent Direttur
Marie-Anne Fernández Suárez
Ottubru 2013 – Lulju 2015
Iċ-Ċentru jimxi għall-bini attwali tiegħu fil-binja ta’ Drosbach fil-belt tal-Lussemburgu u jiffirma l-ftehim dwar is-sede tiegħu mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
|
2015
|
|
Aġent Direttur
Benoît Vitale
Awwissu 2015 — Diċembru 2015
|
9 000 000 61 |
2016
|
|
It-tielet Direttur taċ-Ċentru
Máire Killoran
Jannar 2016 - Diċembru 2018
Iċ-Ċentru jniedi l-eCdT, is-sistema l-ġdida tal-ġestjoni tax-xogħol tat-traduzzjoni mfassla apposta, li tieħu post is-sistema miruta, Flosys.
|
|
2017
|
|
Studju rigward iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bħala l-Fornitur ta’ Servizzi Lingwistiċi Kondiviżi għall-Aġenziji u l-Korpi tal-UE. L-istudju jikkonferma r-raison d’être taċ-Ċentru.
|
|
2018
|
|
65 |
It-tnedija ta’ verżjoni ġdida fjamanta tal-IATE
Adozzjoni ta’ approċċ strateġiku u Pjan ta’ Trasformazzjoni biennali
Iċ-Ċentru jilħaq ftehim mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) dwar programm ta’ kooperazzjoni ta’ sentejn sabiex jiġu żviluppati servizzi lingwistiċi ġodda u jiġu ottimizzati l-proċessi kummerċjali ewlenin sabiex tinkiseb l-effiċjenza u tittejjeb l-esperjenza tal-klijenti.
|
2019
|
|
12 800 000 68 |
Aġent Direttur
Benoît Vitale
Jannar 2019 – Jannar 2022
Iċ-Ċentru jibda jimplimenta l-Pjan ta’ Trasformazzjoni biennali tiegħu
|
2020
|
|
Iċ-Ċentru jiffinalizza l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Trasformazzjoni tiegħu billi jniedi servizzi, proċessi u għodod ġodda.
|
13 400 000 69 |
2021
|
|
Iċ-Ċentru jniedi serje sħiħa ta’ servizzi ġodda: traduzzjoni awtomatika; traduzzjoni awtomatika magħmula għal esiġenzi speċifiċi; traskrizzjoni awtomatika; traduzzjoni “paste ‘n’ go”, u posteditjar ħafif.
|
|
2022
|
|
Is-seba’ President tal-Bord ta’ Tmexxija
Christos Ellinides
Marzu 2022 – sal-lum
|
Ir-raba’ Direttur taċ-Ċentru
Ildikó Horváth
Frar 2022 - sal-lum
70 |
2023
|
|
73 |
Iċ-Ċentru jniedi l-istrateġija unika tiegħu għat-traduzzjoni awtomatika b’aktar minn magna waħda (MEMT).
|
2024
|
|
Image
30 sena ddedikati għall-multilingwiżmu
|
76 Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni: Għarfien espert uman ibbażat fuq l-IA |