Benoît Vitale
Benoît Vitale, Aġent Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni minn Jannar 2019

Id-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa r-rappreżentant legali tal-aġenzija li tirrapporta lill-Bord tal-Amministrazzjoni taċ-Ċentru. Id-Direttur huwa responsabbli mill-ġestjoni u mill-amministrazzjoni taċ-Ċentru u għandu dawn ir-responsabbiltajiet ewlenin:

  • il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-baġit u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bord tal-Amministrazzjoni;
  • l-eżekuzzjoni tal-kompiti assenjati liċ-Ċentru;
  • l-amministrazzjoni ta’ kuljum;
  • l-affarijiet kollha tal-persunal.

Id-Direttur huwa assistit mill-persunal li huwa strutturat f'Dipartimenti u f'Sezzjonijiet, kif rifless fl-organigramm taċ-Ċentru.

Is-CV tad-Direttur

Dikjarazzjoni tal-interessi tad-Direttur