IT Department
  • It-Taqsima tal-Iżvilupp
  • It-Taqsima Service Desk
  • It-Taqsima tal-Infrastruttrua tal-IT

Applikazzjonijiet u tagħmir tal-kompjuter tal-ogħla livell huma essenzjali għax-xogħol ta’ kuljum taċ-Ċentru. Id-Dipartiment tal-IT jinkludi t-tliet sezzjonijiet li ġejjin: Service Desk, Infrastruttura tal-IT, Żvilupp, kif ukoll l-Uffiċċju tat-Tmexxija tal-Proġetti (PMO).

Uffiċċju tal-Ġestjoni tal-Proġetti (PMO)

Il-PMO jikkoordina proġetti strateġiċi fi ħdan id-dipartimenti u s-sezzjonijiet differenti taċ-Ċentru, u għaldaqstant jiżgura li soluzzjonijiet tan-negozju effettivi huma implimentati b’suċċess u b’mod sostenibbli. Dan iwassal għal servizzi mtejba kemm għall-klijenti kif ukoll għall-persunal in-house.

Sezzjoni tal-Iżvilupp

Is-Sezzjoni tal-Iżvilupp tiddisinja, toħloq u żżomm applikazzjonijiet u bażijiet ta’ data tal-IT kif meħtieġ għat-tmexxija taċ-Ċentru.

Timmaniġġja wkoll soluzzjonijiet u servizzi tal-IT mhux interni akkwistati minn fornituri esterni, bħal dawk fornuti minn istituzzjonijiet oħra jew kumpaniji privati, u tikkontribbwixxi sabiex tagħmel riċerka dwarhom, tintegrahom u timplimentahom fl-ambjent tal-IT taċ-Ċentru.

Sezzjoni tas-Service Desk

Is-Sezzjoni tas-Service Desk hija l-uniku punt ta’ kuntatt kemm għall-utenti in-house kif ukoll għal dawk esterni fl-indirizzar ta’ kull tip ta’ kwistjoni u talba għal informazzjoni relatata mal-oqsma varji tal-IT: ħardwer, softwer, telekomunikazzjoni u infrastruttura. Tiġġestixxi l-ħardwer, is-softwer u s-soluzzjonijiet tan-negozju personali kollha sabiex tipprovdi arkitettura tal-IT konsistenti u b’saħħitha f’kull post tax-xogħol.

Sezzjoni tal-Infrastruttura tal-IT

Is-Sezzjoni tal-Infrastruttura tal-IT tforni u żżomm l-infrastrutturi ċentralizzati tal-IT li jippermettu liċ-Ċentru jissodisfa l-għanijiet tiegħu, u tiżgura li dawn l-infrastrutturi huma reżiljenti permezz ta’ Pjan ta’ Kontinwità u Rkupru. Tissorvelja d-disponibbiltà u s-sigurtà tad-data li għandha x’taqsam maċ-Ċentru u tad-data pprovduta mill-klijenti u l-imsieħba, u timmaniġġja ċ-ċentri tad-data u s-servizzi ta’ cloud li jakkomodaw il-kapaċità tal-ħżin u l-ipproċessar meħtieġa għall-operat taċ-Ċentru. Din is-sezzjoni twettaq l-attivitajiet kollha tagħha f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċjal tas-Sigurtà u l-Uffiċjal tas-Sigurtà għall-Informatika Lokali.