Id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi jipprovdi sostenn amministrattiv u tekniku fl-oqsma tar-riżorsi umani (HR), l-affarijiet legali u s-sejħiet għal offerti.

Sezzjoni Legali u tal-Akkwist

Is-Sezzjoni Legali u tal-Akkwist (LPS) tittratta l-kwistjonijiet legali kollha li jistgħu jinqalgħu matul l-operat ta’ kuljum taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni. Hija tirrappreżenta liċ-Ċentru f’laqgħat interistituzzjonali dwar kwistjonijiet taħt il-mandat tiegħu u fi kwalunkwe każ ta’ litigazzjoni (eż. każijiet tal-QĠUE). Is-Sezzjoni Legali u tal-Akkwist hija responsabbli mill-indirizzar tal-investigazzjonijiet tal-Ombudsman indirizzati liċ-Ċentru tat-Traduzzjoni u taġixxi bħala konsulent legali għall-maniġment taċ-Ċentru. Is-Sezzjoni Legali u tal-Akkwist torganizza l-proċeduri tal-akkwist taċ-Ċentru. Barra minn hekk, is-Sezzjoni Legali u tal-Akkwist tabbozza u timmaniġġja arranġamenti kuntrattwali bejn iċ-Ċentru u l-klijenti tiegħu, u l-ġestjoni tal-kuntratti relatata (eż. emendi).  

Fl-aħħar nett, it-tim tas-Sinjali tal-UE u l-korrispondent kontra l-frodi huma wkoll parti mis-Sezzjoni. 

Sezzjoni tar-Riżorsi Umani u tas-Sostenn għall-Persunal

Is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani u tas-Sostenn għall-Persunal tiżviluppa, tikkoordina u timplimenta l-politiki tar-Riżorsi Umani, u tipprovdi pariri u linji gwida lill-maniġment u lill-persunal taċ-Ċentru dwar kwistjonijet tar-Riżorsi Umani. Ir-rwol ewlieni l-ieħor tagħha huwa relatat mal-għażla, ir-reklutaġġ u l-iżvilupp tal-karriera tal-persunal u tat-trainees (taħriġ, ġestjoni tal-ħiliet, evalwazzjonijiet u promozzjoni). Is-Sezzjoni hija inkarigata wkoll mill-kwistjonijiet baġitarji u finanzjarji relatati man-nefqa tal-persunal.