Il-Kumitat tal-Persunal huwa kumitat statutorju li jirrapreżenta l-interessi tal-persunal taċ-Ċentru fir-rigward tal-ġestjoni u jiżgura li hemm kuntatt kontinwu bejn il-maniġment u l-persunal.
Jikkontribwixxi għall-operat tajjeb taċ-Ċentru billi jipprovdi mezz għall-persunal biex jesprimi opinjonijiet. Jaħdem fuq livell ġenerali billi jiddefendi l-interessi tal-persunal b’mod globali, u fuq livell individwali billi jgħin lill-membri tal-persunal li jiltaqgħu ma’ problemi fil-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Il-Kumitat huwa elett mill-persunal, u huwa kompost minn ħames membri u ħames sostituti li l-mandat tagħhom huwa ta’ 3 snin. Huwa prinċipalment responsabbli għall-:
- ħruġ ta’ opinjonijiet dwar il-persunal amministrattiv u kwistjonijiet relatati mal-persunal (Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implimentazzjoni, Pjan ta’ Politika tal-Persunal, eċċ.);
- ħatra ta’ rappreżentanti fil-proċeduri tal-għażla għar-reklutaġġ ta’ persunal ġdid;
- preżentazzjoni ta’ proposti dwar l-organizzazzjoni u l-operat taċ-Ċentru, u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew il-kundizzjonijiet ġenerali tal-ħajja għall-persunal;
- sehem attiv f’diskussjonijiet li jikkonċernaw il-politika tal-persunal inġenerali permezz tal-Assemblea tal-Kumitati tal-Persunal tal-Aġenzija (AASC);
- parteċipazzjoni fil-korpi ta’ protezzjoni soċjali stabbiliti miċ-Ċentru għall-persunal tiegħu, bħall-Kumitat tal-Attivitajiet Soċjali Interistituzzjonali.