Terminoloġija
Ix-xogħol ta’ terminoloġija jikkonsisti fil-ħolqien ta’ glossarji sħaħ b’termini ta’ sors u ta’ mira, definizzjonijiet, referenzi ta’ sors u kuntest, kummenti, eċċ., bl-għan li din l-informazzjoni tiġi importata fil-bażi tad-data ta’ terminoloġija interistituzzjonali IATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa).
Aqra l-fuljetti:
Listi ta’ termini
Dan is-servizz jinkludi t-traduzzjoni ta’ listi ta’ termini sempliċi (normalment nomi jew frażijiet nom), mingħajr l-ebda indikazzjoni ta’ definizzjoni, sors, kuntest, kummenti, eċċ.
Reviżjoni ta’ listi ta’ termini
Dan is-servizz jinkludi l-eżaminazzjoni ta’ lista ta’ termini bilingwi xierqa għall-iskop miftiehem permezz ta’ paragun bejn it-termini ta' sors u dawk ta' mira u billi jsiru korrezzjonijiet fejn ikun meħtieġ. Jekk, madankollu, matul ir-reviżjoni, it-traduttur iqis li t-test li jkun se jiġi rivedut għandu bżonn abbozzar mill-ġdid sostanzjali, iċ-Ċentru jista’ jiċħad ir-reviżjoni tal-lista ta’ termini u jirrakkomanda li l-klijent jippreżenta talba għal traduzzjoni tal-lista minflok.