Kif stabbilit mir-Regolament ta’ Twaqqif, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jwieġeb għall-ħtiġijiet tas-servizzi lingwistiċi ta’ aġenziji u ta’ korpi oħrajn tal-UE. Jista’ jassorbi wkoll xogħol addizzjonali tal-Istituzzjonijiet tal-UE, li għandhom is-servizzi ta’ traduzzjoni tagħhom stess. Għandu ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' 70 klijent mal-Unjoni Ewropea kollha, kif muri fil-mappa interattiva hawn taħt.
Il-politika taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni dwar il-klijenti hija li jinkiseb is-sodisfazzjon tal-klijenti billi jiġu offruti servizzi lingwistiċi ta’ kwalità għolja permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u l-iskambju ta’ informazzjoni.
Inqisu lill-klijenti tagħna bħala s-sħab tagħna fi sforz sabiex nilħqu liċ-ċittadini tal-UE b’informazzjoni korretta u li faċli tinftiehem fil-lingwa tagħhom stess. Għalhekk inħeġġu lill-klijenti tagħna sabiex jagħtuna feedback dwar ix-xogħol li nkunu għamilna, kif muri fid-deskrizzjoni “Skopri l-fluss tax-xogħol tagħna”.