Proċeduri negozjati għal kuntratti ta’ valur medju u baxx ta’ bejn il-EUR15,000 u l-EUR144,000
L-għan tal-informazzjoni ppubblikata f’din it-taqsima huwa li tkun provduta pubbliċità ex-ante għall-proċeduri ta’ akkwist taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni li l-valur stmat tagħhom huwa ta’ bejn il-EUR15,000.01 u l-EUR144,000 għal provvisti u servizzi.
Avviż fil-qosor b’informazzjoni addizzjonali dwar it-tip ta’ kuntratti ta’ valur medju jew baxx li ser jiġu mnedija, ser jiġi ppubblikat fuq din il-paġna mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel it-tnedija.
Tista’ tesprimi interess billi tibgħat email fl-indirizz indikat u tipprovdi l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-parti interessata. Il-preżentazzjoni ta’ espressjoni ta’ interess ma għandha tagħti l-ebda dritt ġuridiku jew toħloq aspettattiva leġittima tal-għoti ta’ kuntratt.
L-ipproċessar tat-tweġiba tiegħek għal reklam ex-ante ser jinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ta’ data personali (bħall-isem, l-indirizz u dettalji oħra ta’ kuntatt tiegħek). Din id-data ser tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE), Nru 45/2001.
Għandek id-dritt li tikseb aċċess għad-data personali tiegħek fuq talba. Id-dettalji dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek huma disponibbli fuq l-Istqarrija ta’ privatezza speċifika għall-ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ proċeduri ta’ akkwist fuq is–sit web tagħna.
Fi kwalunkwe ħin għandek id-dritt li tippreżenta’ rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għal kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek.
Kwalunkwe mistoqsija dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek tista’ tiġi indirizzata lill-kontrollur tad-data billi tuża l-indirizz tal-email tenders@cdt.europa.eu u billi tindika r-referenza tal-avviż ex-ante.