L-informazzjoni li tidher fuq dan is-sit hija soġġetta għal ċaħda ta' responsabbiltà, ta' dikjarazzjoni li tikkonċerna d-drittijiet tal-awtur u tar-regoli relatati mal-protezzjoni ta' data personali.

Ċaħda ta' responsabbiltà

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea jiġġestixxi dan is-sit web sabiex jippromwovi l-aċċess mingħajr ħlas tal-pubbliku għall-informazzjoni relatata maċ-Ċentru u għall-attivitajiet tiegħu in ġenerali.   L-objettiv tagħna huwa li nipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata. Aħna nippruvaw nikkoreġu l-iżbalji li jiġbdulna l-attenzjoni għalihom

Madankollu, iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni ma jassumi l-ebda responsabbiltà għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni inkluża fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni:

  • hija esklussivament ta’ natura ġenerali u mhijiex immirata lejn sitwazzjoni partikolari ta’ persuna fiżika jew ġuridika;
  • mhijiex neċessarjament kompluta, eżawrjenti, eżatta jew aġġornata;
  • ma għandhiex kontroll u ma tassumi ebda responsabbiltà fuq siti esterni li jirreferi għalihom is-sit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni;
  • mhijiex parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, ikkonsulta dejjem professjonist ikkwalifikat).

Tajjeb tkun taf ukoll li ma jistax ikun iggarantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ppubblikata fil-verżjoni stampata tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika.

L-għan taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa li jillimita kemm jista’ jkun id-diffikultajiet minħabba żbalji tekniċi. Madankollu, jista’ jkun li ċerta data jew informazzjoni fis-sit tagħna setgħet ġiet maħluqa jew strutturata f’fajls jew formati li ma jkunux ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna mhux ser ikun interrott jew affetwat minn tali problemi. Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni ma jaċċettax responsabbiltà għal dak li jirrigwarda problemi bħal dawn minħabba l-użu ta’ dan is-sit jew minħabba kwalunkwe sit estern ieħor fejn jintbagħat lill-utent.

Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhix intiża sabiex tillimita r-responsabbiltà taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni b’mod li jmur kontra r-rekwiżiti msemmija fil-liġijiet nazzjonali applikabbli jew li teskludi r-responsabbiltà tiegħu minn materji li ma jistgħux ikunu esklużi skont dawk il-liġijiet.

Stqarrija dwar il-Protezzjoni tad-Data

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa impenjat li jirrispetta l-privatezza.

Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ datapersonali miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ datapersonali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Għal dak li jirrigwarda l-politika taċ-Ċentru dwar ir-rispett lejn il-privatezza, meta tkun qiegħda tinġabar id-data personali, ser jitqassam dokument ta’ spjega ma’ kull proċedura ta’ ġabra.

Din il-politika ġenerali li diġà tkopri l-familja ta’ siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan l-indirizzi europa.eu, hija applikabbli wkoll għaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni.

Minkejja li tista’ tinnaviga fuq il-biċċa l-kbira tas-siti web taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni mingħajr ma tagħti ebda informazzjoni dwarek, f’ċerti każijiet, hija meħtieġa informazzjoni personali sabiex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li tixtieq.

Is-siti web li jeżiġu tali informazzjoni ser isegwu l-prattiki tal-politika tar-Regolament msemmija hawn fuq u jagħtu l-informazzjoni dwar l-użu partikolari tad-data tiegħek fl-istqarrijiet dwar il-politika speċifika rigward il-privatezza.

F’dan ir-rigward, għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali u jassigura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika ta’ rispett tal-privatezza.

Fi ħdan kull Istituzzjoni, Uffiċċjal tal-Protezzjoni tad-Data jassigura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ikunu applikati u jagħti pariri lill-Kontrolluri dwar kif għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom (ara l-Artikolu 24 tar-Regolament).

Għall-istruzzjonijiet kollha, is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data jagħmilha ta’ awtorità indipendenti ta’ superviżjoni (ara l-Artikoli 41 sa 45 tar-Regolament).

Il-familja tas-siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, kemm fuq l-intranet kif ukoll fuq l-internet, jipprovdu links għal siti terzi. Minħabba li ma nikkontrollawhomx, inħeġġuk li tivverifika l-politika tagħhom dwar il-privatezza.

X’inhu s-servizz online?

Is-servizz online fuq is-sit web taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa servizz jew għodda magħmul/a apposta sabiex titjieb il-komunikazzjoni lejn u bejn iċ-ċittadini u n-negozji min-naħa u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni min-naħa l-oħra.

Qegħdin jiġu jew ser ikunu offruti tliet servizzi miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni fuq is-sit web tiegħu:

  • servizzi ta’ informazzjoni, li jipprovdu liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji aċċess ħafif u effettiv għall-informazzjoni neċessarja, b’hekk ser tiżdied l-effikaċja, it-trasparenza u l-fehim tal-attivitajiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni;
  • servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi, li jippermettu t-titjib tal-kuntatti maċ-ċittadini u man-negozji. Servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jiffaċilitaw il-konsultazzjonijiet ta’ politika interna kif ukoll il-mekkaniżmi ta’ rispons, b'hekk jikkontribwixxu wkoll għall-iffurmar ta’ politiki, għall-attivitajiet u għas-servizzi taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni;
  • servizzi ta’ tranżazzjoni li jippermettu aċċess għat-tipi ewlenin kollha ta’ tranżazzjonijiet interni u t-tranżazzjonijiet maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, pereżempju t-tenders, ir-reklutaġġ eċċ.

Kif ser nipproċedu bl-emails li tibagħtilna?

Il-buttuna "Kuntatt" tattiva s-softwer tal-email tiegħek u tistiednek tibagħtilna l-kummenti tiegħek f’mailbox elettronika speċifika.

Meta tibgħat tali messaġġ, id-data personali tiegħek tinġabar sempliċement għall-fini li tintbagħatlek tweġiba u tinħażen għas-simplifikazzjoni tal-proċess tat-tweġibiet.  Jekk it-tim li jkun qed jiġġestixxi l-mailbox elettronika ma jkunx jista’ jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, din tintbagħat lil servizz ieħor li jkun jista' jwieġbek u inti tiġi infurmat b’email. L-emails li jinkludu l-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu arkivjati sabiex jiġi kkontrollat il-proċess u tkun iffaċilitata t-tweġiba għall-mistoqsijiet rikorrenti.

Jekk għandek xi mistoqsijiet rigward l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-data personali relatata, tiddejjaqx tinkludihom fil-messaġġ tiegħek. ​