The Translation Centre thanks you for your interest in the Traineeship Programme.
Due to the current circumstances caused by the Covid-19 pandemic, all our selections are temporarily suspended until further notice.
We will keep you informed of the outcome of your application as soon as we can.
Postijiet vakanti miftuħin
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni (CdT) huwa post tax-xogħol multinazzjonali u dinamiku. Joffri opportunitajiet ta’ xogħol għall-esperti fil-qasam tal-lingwi, kif ukoll għall-professjonisti f’funzjonijiet korporattivi oħrajn fi ħdan id-diversi dipartimenti tiegħu.
Ir-reklutaġġ isir permezz ta’ proċeduri tal-għażla. Il-kandidati li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti bħala uffiċjali, aġenti temporanji jew aġenti kuntrattwali tal-UE. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk kuntrattwali huma bbażati fuq ir-regoli tal-persunal applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE, jiġifieri, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.
Il-postijiet vakanti huma miftuħin għal ċittadini tal-Istati Membri tal-UE.
Apprendistati
Iċ-Ċentru joffri wkoll apprendistati, speċjalment lil studenti universitarji mill-Istati Membri tal-UE u lil ċittadini minn pajjiżi kandidati li jkunu jixtiequ jiksbu fehim tal-oqsma ta’ attività taċ-Ċentru u jakkwistaw esperjenza personali f’ambjent multikulturali u multilingwi.