Il-klijenti taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huma mifruxa madwar l-Ewropa u huma speċjalizzati f’oqsma differenti (eż. l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kultura, it-trasport, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-affarijiet soċjali, l-ambjent, l-enerġija, il-kimika, id-drittijiet tal-proprjetà, il-liġi, il-baġit u l-finanzi, il-politika barranija u tas-sigurtà, il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja, is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur). Iċ-Ċentru jipprovdi servizzi lingwistiċi fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u f’lingwi li mhumiex tal-UE meta mitlub jagħmel dan. B’mod speċifiku, is-servizzi offruti huma li ġejjin: