Kif nista’ napplika għal xogħol maċ-Ċentru tat-Traduzzjoni?
B’mod ġenerali, iċ-Ċentru jkollu bżonn persunal ikkwalifikat b’għarfien u esperjenza speċifiċi għall-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tiegħu, speċjalment fl-oqsma marbutin max-xogħol prinċipali tiegħu tat-traduzzjoni.
Informazzjoni rilevanti tista’ tinstab fil-paġna ta’ offerti ta’ xogħol fis-sit web taċ-Ċentru.
Il-postijiet battala jistgħu jiġu ppubblikati internament jew esternament.
Kif nista’ napplika għal xogħol bħala aġent temporanju?
Iċ-Ċentru jimpjega persunal temporanju f'karigi għal tul ta’ żmien twil biex iwettaq kompiti ta’ natura permanenti.
Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni jistabbilixxu fid-dettall l-obbligi u r-responsabbiltajiet kollha taċ-Ċentru fir-rigward ta’ proċeduri ta’ għażla, kemm jekk huma organizzati b’għajnuna sħiħa kif ukoll limitata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).
Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar is-sistema ta’ applikazzjoni online ta’ Reklutaġġ Elettroniku.
Nista’ napplika għal xogħol bħala uffiċjal?
Il-kompetizzjonijiet għall-uffiċjali jikkonformaw mal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.
Is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani tuża l-Vade Mecum għall-Bordijiet ta’ Għażla u l-Kumitati ta’ Għażla, li jipprovdi sommarju tal-prinċipji u tal-prattiki rilevanti kollha u li huwa mfassal sabiex jiggwidahom fix-xogħol u d-deċiżjonijiet tagħhom.
S’issa, iċ-Ċentru organizza kompetizzjonijiet interni jew għal profili ġenerali jew għal profili speċifiċi bil-ħsieb li jistabbilixxi listi ta’ riserva li minnhom iċ-Ċentru jkun jista’ jirrekluta.
Dawn il-kompetizzjonijiet huma miftuħin biss għall-persunal li diġà qed jaħdem fiċ-Ċentru tat-Traduzzjoni.
Kif nista’ napplika għal xogħol bħala aġent b’kuntratt?
Il-politika taċ-Ċentru hija li jiġu reklutati aġenti b’kuntratt:
- sabiex tissaħħaħ il-kapaċità f’funzjonijiet ta’ appoġġ għal xogħol fuq proġetti ta’ tul limitat.
- sabiex jiġu sostitwiti uffiċjali/persunal temporanju (kemm jekk amministraturi (AD) kif ukoll assistenti (AST)) li jkunu fuq lif tal-maternità, lif minħabba mard, lif parentali jew lif tal-familja, jew li jkunu qegħdin jaħdmu fuq bażi part time.