![EU Agencies Network logo](/sites/default/files/styles/medium_300x300_/public/2022-02/eu-agencies-network-logo.jpg?itok=p0MF7XBm)
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni huwa membru tan-Network tal-Aġenziji tal-UE.
L-Aġenziji tal-UE ġew stabbiliti mill-Istati Membri tal-UE u mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jipprovdu servizzi siewja lill-industriji u liċ-ċittadini u biex iwettqu kompiti legali, tekniċi jew xjentifiċi speċifiċi.
Dawn l-attivitajiet jappoġġjaw lill-industriji fl-Ewropa kollha u joffru pariri bbażati fuq evidenza, u dan jgħin sabiex jiġu mfassla politiki u liġijiet infurmati kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali.
L-Aġenziji tal-UE jipprovdu valur miżjud billi jippromwovu informazzjoni u prattiki li jikkondividu l-għarfien espert u billi joffru servizzi tekniċi f’oqsma li jaffettwaw il-ħajjiet ta’ 500 miljun ċittadin Ewropew.
(sors: paġna destinatarja tal-extranet tan-Network tal-Aġenziji tal-UE).