X'inhi cookie»?
Cookie hija fajl ta’ test żgħir magħmul minn test li sit web jissejvja fuq il-kompjuter jew il-mowbajl tiegħek meta żżur is-sit. Il-cookies jintużaw l-aktar biex jiffunzjonaw is-siti web jew biex jiffunzjonaw b’mod iktar effikaċi filwaqt li jimmemorizzaw il-preferenzi tiegħek (lingwa, daqs tat-tipa u parametri oħra ta’ viżwalzzazzjoni tas-sit fuq il-kompjuter tiegħek). Għaldaqstant m’għandekx bżonn tippreċiżahom mill-ġdid kull meta żżur is-sit. Dan is-sit ma jużax għajr il-cookie relatata mal-lingwa, dik li żżomm memorja tal-għażla tal-lingwa tiegħek kull meta żżur is-sit fil-futur (jekk taċċettaha) jew għas-sessjoni kurrenti ta’ navigazzjoni biss (jekk tirrifjutaha). F’dan l-aħħar każ, tkun cookie ta’ sessjoni.
Is-sit web taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jużaw Piwik, modulu ta’ analiżi tal-web li jgħinna nanalizzaw l-użu li jsir mis-siti tiegħu. Għal dan il-għan, Piwik juża wkoll il-cookies li jinsabu fuq il-kompjuter tiegħek.
L-informazzjoni ġġenerata minn dawn il-cookies tikkonċerna l-użu tas-siti tagħna - informazzjoni standard li jikkonċernaw il-mezzi ta’ aċċess, il-pajjiż tal-oriġini, il-paġni web li nżaru u l-imġiba tiegħek bħala viżitatur analizzati b’mod anonimu bl-għan li jinħolqu rapporti ta’ evalwazzjoni għaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni dwar l-użu li tagħmel bis-sit web.
Filwaqt li l-Piwik hu ospitat miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, mhux se jkun aċċessibbli għal partijiet terzi u ma jistax jintuża għal finijiet oħra għajr dawk indikati hawn.
Kif tikkontrolla l-cookies?
Tista’ tikkontrolla jew tħassar il-cookies kif tixtieq int. Tista’ tħassar il-cookies kollha li huma rreġistrati diġà fuq il-kompjuter tiegħek u tista’ tissettja l-biċċa l-kbira tal-brawżers biex iwaqqfuhom milli jidħlu. Għal aktar informazzjoni żur AboutCookies.org.