X’inhuma l-cookies?

Il-cookies huma fajls żgħar ta’ test li jiġu ssejvjati fuq il-kompjuter jew l-apparat mobbli tiegħek meta żżur sit web. Il-cookies jintużaw b’mod wiesa’ biex is-siti web jitħaddmu b’mod aktar effiċjenti billi jaħżnu s-settings tal-utent tiegħek (bħal-lingwa preferuta tiegħek, id-daqs tat-tipa u għażliet oħra ta’ wiri) sabiex ma jkollokx bżonn tispeċifikahom kull darba li żżur sit web. Dan is-sit web juża cookie biex jissejvja s-settings tal-lingwa tiegħek, li jfisser li l-lingwa magħżula tiegħek tista’ tintuża għaż-żjarat sussegwenti kollha (jekk taċċetta l-cookies) jew biss għas-sessjoni attwali tiegħek (jekk tirrifjutahom). Fil-każ tal-aħħar, se tinħoloq cookie ta’ sessjoni mis-sit web.

Is-siti web taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jużaw ukoll Europa Analytics, servizz korporattiv tal-Kummissjoni Ewropea li jgħinna nivvalutaw kif in-nies jużaw is-siti web tagħna. Għal dan l-għan, Europa Analytics jiddependi wkoll fuq cookies li jinħażnu fuq il-kompjuter tiegħek.

Id-data ġġenerata minn dawn il-cookies hija relatata mal-użu tas-siti web tagħna (data standard dwar it-tip ta’ apparat użat, il-pajjiż tal-oriġini, il-paġni li jidhru u l-azzjonijiet meħuda) u tinġabar b’mod anonimu f’rapporti analitiċi għaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni.

Kif tikkontrolla l-cookies?

Għandek kontroll sħiħ fuq kif timmaniġġja u tħassar il-cookies. Tista’ tħassar il-cookies li jkunu diġà ssejvjati fuq il-kompjuter tiegħek u l-biċċa l-kbira tal-brawżers jistgħu jiġu kkonfigurati biex jirrifjutaw il-cookies. Biex issir taf aktar, żur AboutCookies.org.