Proċedura/Proċeduri għaddejja/għaddejjin

M'hemmx sejħa għal offerti.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jorganizza b’mod regolari sejħiet għall-offerti u jipparteċipa f’sejħiet interistituzzjonali għall-offerti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma.

Skont ir-Regolament ta’ Stabbiliment tiegħu, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94, iċ-Ċentru għandu entità ġuridika u jista’ jidħol f’relazzjonijiet kuntrattwali ma’ fornituri ta’ servizzi esterni.

Il-konklużjoni ta’ kuntratt hija possibbli biss wara t-tmiem b’suċċess ta’ proċeduri stretti ta’ sejħiet għall-offerti skont ir-regoli tal-akkwisti pubbliċi tal-UE.

Biex jitfgħu offerta, fornituri ta’ servizzi esterni interessati għandhom iwieġbu għal sejħa għall-offerti li tkun tnediet miċ-Ċentru.

L-informazzjoni kollha neċessarja għall-offerti hija inkluża jew fl-avviżi ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fuq din il-paġna.

Madankollu, jekk jogħġbok innota li s-sit web taċ-Ċentru ma għandux jitqies bħala sostitut għall-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sejħa għall-offerti fit-TED (Tenders Electronic Daily), li hija l-verżjoni online tas-“Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali” tal-UE, iddedikata għall-akkwisti pubbliċi Ewropej.

Għaldaqstant, iċ-Ċentru ma jassumi l-ebda responsabbiltà jew obbligu, ikun xi jkun, għall-kontenut tas-sit web f’dan ir-rigward.

Lista ta’ sejħiet għall-offerti li jinsabu għaddejjin (jekk hemm) hija pprovduta hawn taħt.