Id-Dipartiment tal-Amministrazzjoni jipprovdi sostenn amministrattiv u tekniku fl-oqsma tar-riżorsi umani (HR), l-ippjanar baġitarju u strateġiku, l-affarijiet legali, is-sejħiet għall-offerti, il-faċilitajiet u s-sigurtà.
Il-Grupp Finanzjarju
Il-Grupp Finanzjarju jiżgura li l-ġestjoni finanzjarja taċ-Ċentru tiffunzjona kif suppost u li hi konformi mar-regoli u r-regolamenti applikabbli kollha. Dan jikkoordina l-istabbiliment u s-segwitu tal-baġit taċ-Ċentru u jżomm kuntatt mill-qrib mal-klijenti taċ-Ċentru sabiex jinkorpora l-previżjonijiet baġitarji tagħhom fil-baġit tad-dħul taċ-Ċentru. Kompitu importanti ieħor huwa l-verifika ex ante u ex post tat-tranżazzjonijiet finanzjarji.
Is-Sezzjoni tal-Ippjanar Strateġiku
Is-Sezzjoni tal-Ippjanar Strateġiku tħejji u timplimenta l-Istrateġija Pluriennali u l-Programmi ta’ Ħidma Pluriennali taċ-Ċentru, u tikkoordina t-tħejjija tar-Rapport Annwali tal-Attività. Barra minn hekk, din tikkoordina u timmonitorja wkoll l-implimentazzjoni tal-ġestjoni tar-riskji u l-kontroll intern.
Is-Sezzjoni tal-Affarijiet Legali
Is-Sezzjoni tal-Affarijiet Legali tiġġestixxi l-kwistjonijiet legali kollha li ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni jista’ jiltaqa’ magħhom matul l-operati tiegħu. Din tirrappreżenta liċ-Ċentru fi kwalunkwe każ ta’ tilwim.
Is-Sezzjoni hi responsabbli mill-arranġamenti ta’ abbozzar u ta’ ġestjoni bejn iċ-Ċentru u l-klijenti tiegħu. Din tindirizza wkoll il-kwistjonijiet kuntrattwali mal-fornituri u l-fornituri ta’ servizzi taċ-Ċentru, u taġixxi bħala konsulent legali għall-maniġment taċ-Ċentru.
Sabiex ilaħħaq mat-traduzzjonijiet f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, iċ-Ċentru jikkumpila, u kontinwament jaġġorna, il-listi ta’ fornituri ta’ servizzi lingwistiċi esterni li huma speċjalizzati fl-oqsma tal-attività tal-klijenti taċ-Ċentru. Dan isir permezz ta’ sejħa pubblika għall-proċeduri għal offerti organizzata mis-Sezzjoni.
Is-Sezzjoni tal-Faċilitajiet u s-Sigurtà
Is-Sezzjoni tal-Faċilitajiet u s-Sigurtà tiżgura li l-persunal, id-data, il-binjiet u t-tagħmir taċ-Ċentru huma protetti b’mod adegwat kontra kwalunkwe riskju għas-sigurtà u li r-regoli tas-saħħa u s-sigurtà jkunu obduti. Il-Grupp jiġġestixxi l-proprjetà mobbli u immobbli u huwa responsabbli mill-koordinazzjoni tal-kontinwità tan-negozju f’każ rari ta’ tfixkil kbir fl-operat taċ-Ċentru. Barra minn hekk, il-Grupp jippromwovi miżuri li jirrispettaw l-ambjent fiċ-Ċentru u joħloq sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar l-immaniġġar tal-iskart.
Is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani
Is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani tiżviluppa, tikkoordina u timplimenta l-politiki tal-HR, u tipprovdi pariri u linji gwida lill-maniġment u l-persunal taċ-Ċentru dwar kwistjonijiet tal-HR. B’mod partikolari, ir-rwol tagħha huwa relatat mal-għażla, ir-reklutaġġ u l-iżvilupp tal-karriera tal-persunal u t-trainees (taħriġ, ġestjoni tal-ħiliet, evalwazzjoni u promozzjoni). Is-Sezzjoni hija inkarigata wkoll mill-kwistjonijiet baġitarji u finanzjarji relatati mal-infiq tal-persunal.